Minflokk

Saviour ħa x-xokk ta’ ħajtu wara li t-tfajla li tant iħobb, telqitu. Hu kien ħalla flokk għand din it-tfajla u qabel ma kontra qalbu jitlaq minn din ir-relazzjoni, jibkilha bil-ħniena sabiex iżżommu għandha u tipproteġih. Mingħajr telf ta’ żmien, Saviour jaqta’ biljett tal-ajru sabiex jitbiegħed mill-pajjiż u jibni b’mod metikoluż ħajtu mill-ġdid. Fl-ajruport jiltaqa’ ma’ Cecilia. Kif se tkun qed tgħinu… jew ittellfu? Kif se jitfaċċa fl-ajruport il-flokk li Saviour ħalla għand l-eks tfajla tiegħu?

MINFLOKK huwa dramm qasir li se tittella’ fis-Suq Bonniċi bħala parti mill-Cospicua Short Play Festival 2021 miktub minn Karl Schembri.

About the Author

You may also like these